Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0489

    Kawża C-489/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal- 5 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy — Il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Łukasz Marcin Bonda (Politika Agrikola Komuni — Skema ta’ pagament wieħed skont l-erja — Regolament (KE) Nru 1973/2004 — Artikolu 138(1) — Esklużjoni mill-benefiċċji f’każ ta’ ineżattezza tal-erja ddikjarata — Natura amministrattiva jew kriminali ta’ din is-sanzjoni — Regola li tipprojbixxi l-akkumulazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali — Prinċipju ta’ ne bis in idem)

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy — Il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Łukasz Marcin Bonda

    (Kawża C-489/10) (1)

    (Politika Agrikola Komuni - Skema ta’ pagament wieħed skont l-erja - Regolament (KE) Nru 1973/2004 - Artikolu 138(1) - Esklużjoni mill-benefiċċji f’każ ta’ ineżattezza tal-erja ddikjarata - Natura amministrattiva jew kriminali ta’ din is-sanzjoni - Regola li tipprojbixxi l-akkumulazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali - Prinċipju ta’ ne bis in idem)

    2012/C 217/03

    Lingwa tal-kawża: il-Polakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Łukasz Marcin Bonda.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Najwyższy — Interpretazzjoni tal-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, L 330M, p. 58) — Pagament uniku skont l-erja — Esklużjoni mill-benefiċċju tal-għajnuna f’każ ta’ ineżatezza tal-erja ddikjarata — Natura amministrattiva jew kriminali tas-sanzjoni

    Dispożittiv

    L-Artikolu 138(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri previsti fit-tieni u fit-tielet subparagrafu ta’ din id-dispożizzjonijiet, li jikkonsistu fl-esklużjoni ta’ bidwi mill-benefiċċju tal-għoti ta’ għajnuna għas-sena li fiha huwa għamel dikjarazzjoni falza dwar l-erja ammissibbli għall-benefiċċju ta’ din l-għajnuna u fit-tnaqqis tal-għajnuna li huwa jista’ jitlob għat-tliet snin segwenti li jkun f’ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata, ma jikkostitwixxux sanzjonijiet ta’ natura kriminali.


    (1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


    Top