Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0124

    Kawża C-124/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 5 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (EDF), Ir-Repubblika Franċiża, Iberdrola, SA ( “Appell — Għajnuna mill-Istat — Rinunzja għal kreditu fiskali — Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji — Żieda fil-kapital azzjonarju — Aġir tal-Istat bħala investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq — Kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-Istat li jaġixxi bħala azzjonist u l-Istat li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika — Definizzjoni tal-investitur privat ta’ riferiment — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Oneru tal-prova” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (EDF), Ir-Repubblika Franċiża, Iberdrola, SA

    (Kawża C-124/10 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Rinunzja għal kreditu fiskali - Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji - Żieda fil-kapital azzjonarju - Aġir tal-Istat bħala investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq - Kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-Istat li jaġixxi bħala azzjonist u l-Istat li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika - Definizzjoni tal-investitur privat ta’ riferiment - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Oneru tal-prova)

    2012/C 217/02

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Gippini Fournier, B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

    Appellata: Électricité de France (EDF) (rappreżentant: M. Debroux, avukat), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), Iberdrola, SA (rappreżentantii: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de La Serre, avukati)

    Parti intervenjenti insostenn tal-appellanti: L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (représentants: X. Lewis u B. Alterskjær, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha din tal-aħħar annullat l-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar miżuri ta’ għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003) — Għajnuna mogħtija fil-forma ta’ eżenzjoni fiskali selettiva marbuta ma’ żieda fil-kapital azzjonarju matul ir-rikapitalizzazzjoni tal-impriża — Aġir tal-Istat bħala investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq — Kriterji ta’ distinzjoni bejn l-Istat bħala azzjonist u l-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ setgħa pubblika — Prinċipju ta’ trattament fiskali ugwali

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, ir-Repubblika Franċiża u Iberdrola SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


    Top