EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0357

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Mejju 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — l-Italja) — Duomo Gpa Srl (C-357/10), Gestione Servizi Pubblici Srl (C-358/10), Irtel Srl (C-359/10) vs Comune di Baranzate C-357/10 u C-358/10), Comune di Venegono Inferiore (C-359/10) (Kawżi Magħquda C-357/10 sa C-359/10) ( “Artikoli 3 KE, 10 KE, 43 KE, 49 KE u 81 KE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2006/123/KE — Artikoli 15 u 16 — Għoti ta’ servizzi ta’ likwidazzjoni, verifika u rkupru ta’ taxxi jew ta’ dħulijiet oħra tal-amministrazzjonijiet lokali — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Kapital azzjonarju minimu — Obbligu” )

ĠU C 194, 30.6.2012, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — l-Italja) — Duomo Gpa Srl (C-357/10), Gestione Servizi Pubblici Srl (C-358/10), Irtel Srl (C-359/10) vs Comune di Baranzate C-357/10 u C-358/10), Comune di Venegono Inferiore (C-359/10)

(Kawżi Magħquda C-357/10 sa C-359/10) (1)

(Artikoli 3 KE, 10 KE, 43 KE, 49 KE u 81 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikoli 15 u 16 - Għoti ta’ servizzi ta’ likwidazzjoni, verifika u rkupru ta’ taxxi jew ta’ dħulijiet oħra tal-amministrazzjonijiet lokali - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Kapital azzjonarju minimu - Obbligu)

2012/C 194/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Duomo Gpa Srl (C-357/10), Gestione Servizi Pubblici Srl (C-358/10), Irtel Srl (C-359/10)

Konvenut: Comune di Baranzate (C-357/10 u C-358/10), Comune di Venegono Inferiore (C-359/10)

fil-preżenza ta’: Agenzia Italiana per le Pubbliche Amministrazione SpA (AIPA)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36) u tal-Artikoli 3, 10, 43, 49 u 81 KE — Komunikazzjonijiet kummerċjali tal-professjonijiet irregolati — Għoti ta’ servizzi ta’ likwidazzjoni, verifikazzjoni u rkupru ta’ taxxi jew ta’ dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali — Kapital azzjonarju minimu impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprevedi:

l-obbligu, għal operaturi ekonomiċi, minbarra l-kumpanniji li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tagħhom huma pubbliċi, li jadattaw, jekk ikun il-każ, il-kapital azzjonarju tagħhom għal EUR 10 miljun sabiex ikunu awtorizzati jwettqu attivitajiet ta’ likwidazzjoni, ta’ verifika u ta’ rkupru ta’ taxxi u dħulijiet oħra tal-awtoritajiet lokali;

in-nullità tal-għoti ta’ tali servizzi lil operaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ kapital azzjonarju minimu, u

il-projbizzjoni li jinkisbu kuntratti ġodda jew li jkun hemm parteċipazzjoni f’sejħiet għal offerti miftuħa għall-għoti ta’ dawn is-servizzi sakemm l-obbligu ta’ adattament tal-kapital azzjonarju ma jiġix sodisfatt.


(1)  ĠU C 260, 25.9.2010.


Top