EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/183/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6630 – L Capital/Paladin/Cigierre-Compagnia Generale Ristorazione) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6630 – L Capital/Paladin/Cigierre-Compagnia Generale Ristorazione)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 183/08

1.

Fil-15 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi L Capital Management S.A.S. (“L Capital”, Franza), sussidjarja ta' LVMH – Moet Hennessy Louis Vuitton (“LVMH”, Franza), u Paladin Capital Partners SpA (“Paladin”, l-Italja), sussidjarja ta’ Carisma Group (“Carisma”, l-Italja), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt, permezz tax-xiri ta' ishma, ta’ Cigierre-Compagnia Generale Ristorazione SpA (“CGR”, l-Italja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

L Capital hija kumpanija ta' ekwità privata, li tinvesti f’kumpaniji attivi f’diversi setturi,

LVMH hija attiva fis-setturi tal-inbid u l-ispirti, tal-moda u l-oġġetti tal-ġilda, tal-fwejjaħ u l-kożmetiċi, tal-arloġġi u l-ġojjellerija u tal-bejgħ bl-imnut selettiv,

Paladin hija kumpanija azzjonarja b'interessi ta’ kontroll f’kumpaniji attivi f’diversi setturi,

Carisma Group hija kumpanija azzjonarja u ta’ investiment b'interessi prinċipalment f’ditti ta’ daqs żgħir u medju f’diversi setturi,

CGR qed tiżviluppa u tiġġestixxi ristoranti multietniċi li jinsabu prinċipalment ġewwa ċentri kummerċjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6630 – L Capital/Paladin/Cigierre-Compagnia Generale Ristorazione, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top