Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta
Asiakirja 62012TN0127
Case T-127/12: Action brought on 22 March 2012 — Free v OHIM — Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)
Kawża T-127/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Marzu 2012 — Free vs UASI — Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)
Kawża T-127/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Marzu 2012 — Free vs UASI — Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)
ĠU C 165, 9.6.2012, s. 23—24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/23 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2012 — Free vs UASI — Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)
(Kawża T-127/12)
2012/C 165/40
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Free (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Noble Gaming Ltd (Praga, ir-Repubblika Ċeka)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Diċembru 2011, fil-Każ R 2326/2010-2 |
— |
tiddeċiedi li t-trade marks preċedenti invokati u b’mod partikolari t-trade mark verbali Franċiża FREE Nru 1734391 jixbhu lit-trade mark ikkontestata “FREEVOLUTION TM”, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) u a fortiori fis-sens tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
tiddeċiedi li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għandha tiġi miċħuda, fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1)(b) u a fortiori fuq il-bażi tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009; u |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedura, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “FREEVOLUTION TM”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8206443.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Franċiża “free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX” Nru 99785839, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38; it-trade mark verbali Franċiża “FREE” Nru 1734391; it-trade mark verbali Franċiża “FREE MOBILE” Nru 73536224, għal prodotti fil-klassi 9; l-isem “FREE”, użat fid-dinja tal-kummerċ fi Franza; l-isem tad-domain “FREE.FR” użat fid-dinja tal-kummerċ
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, inkwantu trid issir distinzjoni fl-evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali fis-sens ta’ kull wieħed minn dawn l-artikoli; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, inkwantu teżisti tassew probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti; u, ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, inkwantu hemm rabta bejn it-trade marks “FREE” u “FREEVOLUTION TM” b’mod li minħabba l-eżistenza tat-trade mark ikkontestata jkun hemm vjolazzjoni tat-trade mark li għandha reputazzjoni “FREE”.