Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 62009TA0049

Kawża T-49/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ April 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta’ servizzi relatati mal-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali ‘Politika reġjonali’ — Rifjut tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Trattament ugwali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

ĠU C 165, 9.6.2012, s. 16—17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi relatati mal-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali ‘Politika reġjonali’ - Rifjut tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Trattament ugwali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 165/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u E. Manhaeve, sussegwentement E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avocats)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Novembru 2008, li tiċħad l-offerta magħmulha mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti REGIO-A4-2008-01, intiża għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali “Politika Reġjonali”, (ĠU 2008/S 117-155067), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


Alkuun