Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 62012CN0068

Kawża C-68/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fl- 10 ta’ Frar 2012 — Slovenská sporitel’ňa, a.s. vs Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

ĠU C 165, 9.6.2012, s. 7—8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fl-10 ta’ Frar 2012 — Slovenská sporitel’ňa, a.s. vs Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

(Kawża C-68/12)

2012/C 165/13

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Slovenská sporitel’ňa, a.s.

Konvenut: Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 101(1) TFUE [ex Artikolu 81(1) KE] jista’ jiġi interpretat fis-sens li għandu rilevanza legali l-fatt li kompetitur (impriża) li jkun affettwat minn akkordju bejn kompetituri oħra (impriżi) kien jopera fis-suq inkwistjoni b’mod illegali meta ġie konkluż l-akkordju?

(2)

Il-fatt li, meta ġie konkluż l-akkordju, il-legalità tal-aġir tal-kompetitur (impriża) inkwistjoni ma ġietx ikkontestata mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti fit-territorju tar-Repubblika Slovakka għandu rilevanza legali għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE [ex Artikolu 81(1) KE]?

(3)

L-Artikolu 101(1) TFUE [ex Artikolu 81(1) KE] jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni ta’ akkordju restrittiv għall-kompetizzjoni teħtieġ il-prova ta’ aġir personali tar-rappreżentant awtorizzat jew ta’ ftehim partikolari li, permezz tiegħu, ir-rappreżentant awtorizzat ta’ impriża li pparteċipat jew li hija ssusspettata li pparteċipat fil-ftehim restrittiv għall-kompetizzjoni jkun awtorizza, taħt forma ta’ mandat, l-aġir tal-impjegat tiegħu, fil-każ fejn l-impriża ma tkunx tbiegħdet minn tali aġir u, fl-istess ħin, il-ftehim ikun ġie implementat?

(4)

L-Artikolu 101(3) TFUE [ex Artikolu 81(3) KE] jista’ jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal ftehim ipprojbit mill-Artikolu 101(1) TFUE [ex Artikolu 81(1) KE] li, min-natura tiegħu, għandu l-effett li jeskludi mis-suq kompetitur (impriża) individwali partikolari, li fir-rigward tiegħu ġie sussegwentement stabbilit li kien iwettaq tranżazzjonijiet f’valuta barranija, fis-suq tat-tranżazzjonijiet bla ħlas fi flus kontanti, mingħajr ma kellu l-liċenzja kif rikjesta għal dan il-għan mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?


Alkuun