Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0415

Kawża C-415/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht — il-Ġermanja) — Galina Meister vs Speech Design Carrrier Systems GmbH (Direttivi 2000/43/KE, 2000/78/KE u 2006/54/KE — Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — Ħaddiem li jallega b’mod plawżibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Dritt, għal dan il-ħaddiem, li jaċċedi għall-informazzjoni li tippreċiża jekk min iħaddem impjegax kandidat ieħor)

ĠU C 165, 9.6.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht — il-Ġermanja) — Galina Meister vs Speech Design Carrrier Systems GmbH

(Kawża C-415/10) (1)

(Direttivi 2000/43/KE, 2000/78/KE u 2006/54/KE - Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Ħaddiem li jallega b’mod plawżibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Dritt, għal dan il-ħaddiem, li jaċċedi għall-informazzjoni li tippreċiża jekk min iħaddem impjegax kandidat ieħor)

2012/C 165/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Galina Meister

Konvenuta: Speech Design Carrrier Systems GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesarbeitsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23), u tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplementa l-prinċipju tat trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l etniċità (ĠU L 180, p. 22), kif ukoll tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Trattament ugwali fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol — Oneru tal-prova — Dritt ta’ persuna, li l-applikazzjoni tagħha għal impjieg f’impriża privata ma ntagħżlitx, li tirċievi l-informazzjoni kollha dwar il-proċedura tal-għażla sabiex tkun tista’ tipprova diskriminazzjoni

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprovdux id-dritt, għal ħaddiem li jallega b’mod plawżibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’avviż ta’ pożizzjoni vakanti u li ma ntgħażilx, li jaċċedi għall-informazzjoni li tippreċiża jekk min iħaddem, fi tmiem il-proċedura ta’ reklutaġġ, ikunx għażel kandidat ieħor.

Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li rifjut ta’ kwalunkwe aċċess għall-informazzjoni min-naħa tal-konvenuta jista’ jikkostitwixxi wieħed mill-elementi li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-istabbiliment tal-fatti li jippermettu li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża li għandha quddiemha, tistħarreġ jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


Top