This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0443
Case C-443/09: Judgment of the Court (Third Chamber) of 19 April 2012 (reference for a preliminary ruling from the Tribunale Ordinario di Cosenza (Italy)) — CCIAA di Cosenza v Grillo Star Srl, in liquidation (Directive 2008/7/EC — Indirect taxes on the raising of capital — Articles 5(1)(c) and 6(1)(e) — Scope — Annual duty paid to local chambers of commerce, industry, crafts and agriculture)
Kawża C-443/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Cosenza — l-Italja) — CCIAA di Cosenza vs Grillo Star Srl Fallimento (Direttiva 2008/7/KE — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Artikoli 5(1)(ċ) u 6(1)(e) — Kamp ta’ applikazzjoni — Taxxa annwali mħallsa lill-kmamar lokali tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura)
Kawża C-443/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Cosenza — l-Italja) — CCIAA di Cosenza vs Grillo Star Srl Fallimento (Direttiva 2008/7/KE — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Artikoli 5(1)(ċ) u 6(1)(e) — Kamp ta’ applikazzjoni — Taxxa annwali mħallsa lill-kmamar lokali tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura)
ĠU C 165, 9.6.2012, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Cosenza — l-Italja) — CCIAA di Cosenza vs Grillo Star Srl Fallimento
(Kawża C-443/09) (1)
(Direttiva 2008/7/KE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Artikoli 5(1)(ċ) u 6(1)(e) - Kamp ta’ applikazzjoni - Taxxa annwali mħallsa lill-kmamar lokali tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura)
2012/C 165/02
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Cosenza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CCIAA di Cosenza
Konvenuta: Grillo Star Srl Fallimento
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Cosenza — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(ċ) u 6(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Taxxa annwali imposta minħabba r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kumpanniji miżmum mill-kmamar tal-kummerċ lokali — Taxxa annwali stabbilita abbażi ta’ rata fissa — Kunċett ta’ “dazji [taxxi] fil-forma ta’ miżati jew drittijiet”
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuta kull sena minn kull impriża fid-dawl tal-iskrizzjoni tagħha fir-reġistru tal-impriżi, anki jekk tali iskrizzjoni għandha effett kostituttiv għall-kumpanniji b’kapital azzjonarju u jekk din it-taxxa hija dovuta wkoll minn dawn il-kumpanniji għall-perijodu li matulu huma jwettqu biss attivitajiet preparatorji għall-operat ta’ impriża.