EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FB0076

Kawża F-76/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 28 ta’ Ġunju 2011 — Colart et vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

ĠU C 157, 2.6.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/12


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Colart et vs Il-Parlament

(Kawża F-76/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 157/21

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Colart u oħrajn (Bastogne, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Mmes S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Dispożittiv tad-digriet

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-76/10, Colart et vs Il-Parlament.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 301, 06.11.10, p. 64.


Top