Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/116/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6518 – ESB NM/BPAEL/Heliex Power Limited) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 116, 20.4.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6518 – ESB NM/BPAEL/Heliex Power Limited)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 116/05

1.

Fit-2 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta għal konċentrazzzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi ESB Novusmodus LP (“ESB NM”, l-Irlanda), proprjetà tal-grupp ESB, u BP Alternative Energy International Limited (“BPAEL”, ir-Renju Unit), propjetà tal-grupp BP, jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Heliex Power Limited (“HPL”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża ESB NM: iffukar fuq fondi ta’ investiment fis-settur tat-teknoloġija ekoloġika u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli,

għall-impriża BPAEL: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ karburanti bijoloġiċi, kif ukoll tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx,

għall-impriża HPL: il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ turbini tat-tip screw expander.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6518 – ESB NM/BPAEL/Heliex Power Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top