EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0338

Kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (05551/2010 – C7-0014/2010 – 2009/0141(CNS))

ĠU C 50E, 21.2.2012, p. 216–216 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 50/216


L-Erbgħa 22 ta’ Settembru 2010
Kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku *

P7_TA(2010)0338

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (05551/2010 – C7-0014/2010 – 2009/0141(CNS))

2012/C 50 E/22

(Proċedura leġislattiva speċjali - Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0500),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill (05551/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0014/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7–0167/2010),

1.

Japprova l-proposta għal Regolament tal-Kunsill kif emendata fis-7 ta’ Lulju 2010 (1);

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0275.


Top