EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010BP0329

Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010: garanzija mogħtija mill-Unjoni Ewropea skont id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 122 TFUE - għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13476/2010 – C7-0261/2010 – 2010/2120(BUD))

ĠU C 50E, 21.2.2012, p. 68–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 50/68


L-Erbgħa 22 ta’ Settembru 2010
Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010: garanzija mogħtija mill-Unjoni Ewropea skont id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 122 TFUE - għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri

P7_TA(2010)0329

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13476/2010 – C7-0261/2010 – 2010/2120(BUD))

2012/C 50 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, kif ġie adottat b'mod aħħari fis-17 ta’ Diċembru 2009 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, li l-Kummissjoni ppreżentat fit-12 ta’ Lulju 2010 (COM(2010)0383),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010, li l-Kunsill stabbilixxa fit-13 ta’ Settembru 2010 (13476/2010 – C7-0261/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0250/2010),

A.

billi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010 tkopri l-modifiki meħtieġa rigward il-ħolqien ta’ partita baġitarja ġdida 01 04 01 03 għall-garanzija provduta mill-Unjoni Ewropea skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod korrispondenti, l-Artikolu 8 0 2 ġdid fuq in-naħa tad-dħul,

B.

billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2010,

Ċ.

billi l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-13 ta’ Settembru 2010,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010;

2.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 7/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ta’ emenda Nru 5/2010 ġie adottat b'mod definittiv u biex jagħmel l-arranġamentigħall-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 64, 12.3.2010.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top