This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AG0005
Position (EU) No 5/2012 of the Council at first reading with a view to the adoption of a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2000/75/EC as regards vaccination against bluetongue Adopted by the Council on 15 December 2011
Pożizzjoni (UE) Nru 5/2012 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue Adottata mill-Kunsill fil- 15 ta’ Diċembru 2011
Pożizzjoni (UE) Nru 5/2012 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue Adottata mill-Kunsill fil- 15 ta’ Diċembru 2011
ĠU C 46E, 17.2.2012, p. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 46/15 |
POŻIZZJONI (UE) Nru 5/2012 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue
Adottata mill-Kunsill fil-15 ta’ Diċembru 2011
2012/C 46 E/02
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (3) tistipula regoli u miżuri ta’ kontroll biex jiġġieldu u jeradikaw il-bluetongue, inklużi regoli dwar l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u l-użu ta’ vaċċini kontra l-bluetongue. |
(2) |
Fil-passat, ġew irreġistrati biss inkursjonijiet sporadiċi ta’ ċerti stereotipi tal-virus tal-bluetongue fl-Unjoni. Dawk l-inkursjonijiet ġew irrappurtati prinċipalment fil-partijiet tan-Nofsinhar tal-Unjoni. Madankollu, mill-adozzjoni tad-Direttiva 2000/75/KE, u partikolarment mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-istereotipi 1 u 8 tal-virus tal-bluetongue fis-snin 2006 u 2007, il-virus tal-bluetongue infirex iktar mal-Unjoni, bir-riskju li jsir endemija f’ċerti żoni. Għalhekk, sar iktar diffiċli biex tiġi kkontrollata l-firxa tal-virus. |
(3) |
Ir-regoli dwar it-tilqim kontra l-bluetongue stipulati fid-Direttiva 2000/75/KE huma bbażati fuq l-esperjenza tal-użu tal-hekk imsejħa “vaċċini ħajjin immodifikati”, jew “vaċċini ħajjin immoderati”, li kienu l-uniċi vaċċini disponibbli meta d-Direttiva ġiet adottata. L-użu ta’ dawk il-vaċċini jista’ jwassal ukoll għal ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-virus tal-vaċċin f’annimali li ma jingħatawx it-tilqima. |
(4) |
Reċentement, bħala riżultat ta’ teknoloġija ġdida, saru disponibbli “vaċċini inattivati” kontra l-bluetongue li ma jippreżentawx ir-riskju ta’ ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-virus tal-vaċċin għal annimali li ma jkunux ingħataw it-tilqima. L-użu estensiv ta’ tali vaċċini waqt il-kampanja ta’ tilqim fis-snin 2008 u 2009 wassal għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-marda. Attwalment jeżisti qbil ġenerali li t-tilqim b’vaċċini inattivati huwa l-għodda preferuta għall-kontroll tal-bluetongue u għall-prevenzjoni ta’ mard kliniku fl-Unjoni. |
(5) |
Biex jiġi żgurat kontroll aħjar tal-firxa tal-virus tal-bluetongue u biex jitħaffef il-piż fuq is-settur agrikolu ppreżentat minn dik il-marda, huwa xieraq li r-regoli eżistenti dwar it-tilqim stipulati fid-Direttiva 2000/75/KE jiġu emendati sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi fil-produzzjoni tal-vaċċini. |
(6) |
Sabiex tippermetti liż-żmien tat-tilqim fl-2012 jibbenefika mir-regoli l-ġodda, id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
L-emendi stipulati f’din id-Direttiva għandhom jagħmlu r-regoli dwar it-tilqim iktar flessibbli u jieħdu inkonsiderazzjoni wkoll il-fatt li vaċċini inattivati, li jistgħu jintużaw b’suċċess ukoll barra miż-żoni suġġetti għar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-annimali, issa huma disponibbli. |
(8) |
Barra minn hekk, u sakemm jittieħdu l-miżuri prekawzjonarji adegwati, l-użu ta’ vaċċini ħajjin immoderati ma għandux jiġi eskluż, billi l-użu tagħhom xorta waħda jista’ jkun neċessarju taħt ċerti kundizzjonijiet, bħal pereżempju wara l-introduzzjoni ta’ stereotip ta’ virus ġdid tal-bluetongue li jista’ jkun li ma jkunx hemm disponibbli vaċċini inattivati kontrih. |
(9) |
Għalhekk, id-Direttiva 2000/75/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2000/75/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tiddeċiedi li tippermetti l-użu ta’ vaċċini kontra l-bluetongue jekk:
2. Kull meta jintużaw vaċċini ħajjin immoderati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tiddemarka:
|
(3) |
Fl-Artikolu 6(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 8(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 10, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa … (4), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mhux iktar tard minn … (5).
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi, ….
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 92.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(4) Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(5) Sitt xhur u jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Fil-15 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill proposta għal Direttiva tal-Kunsill, ibbażata fuq l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE (1). Fuq parir tas-Servizz Legali tal-Kunsill, il-bażi legali derivata tal-proposta tal-Kummissjoni ġiet sostitwita bl-Artikolu 43(2) tat-TFUE, li tinvolvi l-proċedura leġislattiva ordinarja (2).
Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fis-7 ta’ April 2011 (3).
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fil-15 ta’ Marzu 2011 (4).
F’konformità mal-Artikolu 294 tat-Trattat, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2011.
II. OBJETTIVI
L-abbozz ta’ Direttiva jimmira li jaġġorna r-regoli attwali rigward it-tilqima kontra l-bluetongue mniżżla fid-Direttiva 2000/75/KE billi jagħmilhom aktar flessibbli. Il-bluetongue hija marda li taffettwa lill-annimali li jixtarru (bħall-baqar, in-nagħaġ u l-mogħoż) u tiġi trasmessa permezz tal-insetti li jxerrdu l-virus minn annimal għal ieħor. It-tilqima hija l-għodda ppreferuta għall-kontroll tal-bluetongue u l-prevenzjoni tal-marda klinika fl-UE. Madankollu l-użu tal-vaċċini huwa limitat mir-regoli attwali stabbiliti fid-Direttiva 2000/75/KE, li jipprevedu l-użu tal-vaċċini biss f’żoni li jkunu ntlaqtu mill-marda u li għalhekk ġew soġġetti għal restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-annimali. Dawk ir-regoli huma bbażati fuq esperimenti bl-hekk imsejħa “vaċċini ħajjin immodifikati”, jew “vaċċini ħajjin immoderati” li kienu l-uniċi vaċċini disponibbli meta d-Direttiva ġiet adottata għaxar snin ilu. Dawk il-vaċċini jistgħu jwasslu għal ċirkolazzjoni mhux mixtieqa tal-virus tal-vaċċin f’annimali li ma jkunux ġew imlaqqma fiż-żoni fejn il-vaċċin ikun ġie użat. Ir-regoli flessibbli ġodda introdotti mill-abbozz tad-Direttiva huma bbażati fuq il-fatt li issa huma disponibbli vaċċini inattivati, li jistgħu jintużaw b’suċċess ukoll barra miż-żoni soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-annimali.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tikkonferma l-objettivi proposti mill-Kummissjoni u tinkorpora kważi l-emendi kollha tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.
B’mod partikolari, il-Kunsill jikkondividi l-fehma tal-Parlament Ewropew li l-Artikolu 43(2) tat-TFUE huwa l-bażi legali korretta għal din id-Direttiva. Din il-linja kienet ikkonfermata mill-Coreper (Parti I) li, fuq il-parir tas-Servizz Legali tal-Kunsill kontra l-użu ta’ bażi legali derivata għal din il-proposta, iddeċieda fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Jannar 2011 li jipproponi lill-Parlament Ewropew tali modifika tal-bażi legali mill-koleġislaturi, peress li s-servizzi tal-Kummissjoni ma setgħux jerġgħu jiggarantixxu li jippreżentaw rapidament il-proposta b’din il-bażi legali modifikata (5).
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tintroduċi bidliet għall-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari biss f’żewġ oqsma:
1. |
Filwaqt li r-rekwiżiti proposti l-oħrajn kollha relatati mal-komunikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali lill-Kummissjoni nżammu fil-pożizzjoni tal-Kunsill, l-obbligu speċifiku għall-użu tat-tabelli ta’ korrelazzjoni tħassar. Il-Kunsill jikkunsidra dan huwa bħala konformi mal-konklużjoni li ntlaħqet fin-negozjati orizzontali bejn l-Istituzzjonijiet dwar il-kwistjoni tat-tabelli ta’ korrelazzjoni u jieħu nota tal-konferma tar-rappreżentant tal-Kummissjoni li l-Istituzzjoni tiegħu ma tqisx tali rekwiżit speċifiku bħala ġġustifikat għal din id-Direttiva. |
2. |
Il-bidla l-oħra tikkonċerna l-iskadenza għat-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69).
(2) Dok. 5498/11.
(3) P7_TA-PROV(2011)0147.
(4) NAT/512 - CESE 538/11.
(5) Dokumenti 5498/11 u 5499/11