Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0649

Kawża T-649/11: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Diċembru 2011 — Cham vs Il-Kunsill

ĠU C 39, 11.2.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/20


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Cham vs Il-Kunsill

(Kawża T-649/11)

(2012/C 39/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cham Holding Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-kawża tar-rikorrent ammissibbli, u konsegwentement:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011. dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti, inkwantu jżiduha fil-lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta’ Mejju 2011 u fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 290, p. 14.


Top