Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0138

    Kawża T-138/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Diċembru 2011 — Ahouma vs Il-Kunsill ( “Mewt tar-rikorrent — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 39, 11.2.2012, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/13


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — Ahouma vs Il-Kunsill

    (Kawża T-138/11) (1)

    (Mewt tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    (2012/C 39/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Brouha Nathanaël Ahouma (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/118/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    (3)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Côte d’Ivoire.


    (1)  ĠU C 130, 30.04.2011


    Top