This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0623
Case C-623/11: Reference for a preliminary ruling from the Conseil d’Etat (France) lodged on 5 December 2011 — Société Geodis Calberson GE v FranceAgriMer
Kawża C-623/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil- 5 ta’ Diċembru 2011 — Société Geodis Calberson GE vs FranceAgriMer
Kawża C-623/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil- 5 ta’ Diċembru 2011 — Société Geodis Calberson GE vs FranceAgriMer
ĠU C 39, 11.2.2012, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Société Geodis Calberson GE vs FranceAgriMer
(Kawża C-623/11)
(2012/C 39/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Geodis Calberson GE
Konvenut: FranceAgriMer
Domandi preliminari
Il-Conseil d’État jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni dwar jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/1999, tat-18 ta’ Jannar 1999 (1) għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, jattribwixxu ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq kawżi relatati ma’ kundizzjonijiet li fihom l-aġenzija ta’ intervent maħtura sabiex tirċievi l-offerti sottomessi matul proċedura ta’ sejħa għal offerti għas-servizzi ta’ provvista mingħajr ħlas ta’ prodotti agrikoli lir-Russja tagħti l-ħlas dovut lill-kuntrattur u tillibera l-garanzija ta’ provvista li tkun saret minn dan il-kuntrattur favur din l-aġenzija, b’mod partikolari, l-azzjonijiet marbuta mal-kumpens għal dannu subit minħabba żbalji magħmula mill-aġenzija ta’ intervent fl-eżekuzzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/1999, tat-18 ta’ Jannar 1999, li jippreskrivi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 dwar programm ta’ provvista ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 296)