This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0580
Case C-580/11: Reference for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 21 November 2011 — Tarragona Power S.L. v Gas Natural SDG, S.A., Spanish State, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. and Endesa, S.A.
Kawża C-580/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil- 21 ta’ Novembru 2011 — Tarragona Power S. L. vs Gas Natural SDG, S.A., Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.
Kawża C-580/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil- 21 ta’ Novembru 2011 — Tarragona Power S. L. vs Gas Natural SDG, S.A., Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.
ĠU C 39, 11.2.2012, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-21 ta’ Novembru 2011 — Tarragona Power S. L. vs Gas Natural SDG, S.A., Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.
(Kawża C-580/11)
(2012/C 39/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tarragona Power S.L.
Konvenuti: Gas Natural SDG, S.A., Administración del Estado, Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Endesa, S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2003/87/KE (1), tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.