Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0567

Kawża C-567/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl- 14 ta’ Novembru 2011 — Gas Natural SDG, S.A. vs Endesa, S.A., Iberdrola, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

ĠU C 39, 11.2.2012, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2011 — Gas Natural SDG, S.A. vs Endesa, S.A., Iberdrola, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

(Kawża C-567/11)

(2012/C 39/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gas Natural SDG, S.A.

Konvenuti: Endesa, S.A., Iberdrola, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2003/87/KE (1), tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


Top