This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0624
Case C-624/10: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 15 December 2011 — European Commission v French Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Taxation — Directive 2006/112/EC — Articles 168, 171, 193, 194, 204 and 214 — Legislation of a Member State obliging a seller or provider established outside the national territory to designate a tax representative and to identify him or herself for VAT purposes in that Member State — Legislation allowing deductible VAT paid by the seller or provider established outside the national territory to be offset against the VAT collected by him or her in the name and on behalf of his or her customers)
Kawża C-624/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-bejjiegħ jew għall-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali li jaħtar intimat fiskali u li jirreġistra għall-VAT f’dak l-Istat Membru — Leġiżlazzjoni li tippermetti kumpens bejn il-VAT deduċibbli imħallsa mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali u dik miġbura minnu f’isem u għan-nom tal-klijenti tiegħu)
Kawża C-624/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-bejjiegħ jew għall-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali li jaħtar intimat fiskali u li jirreġistra għall-VAT f’dak l-Istat Membru — Leġiżlazzjoni li tippermetti kumpens bejn il-VAT deduċibbli imħallsa mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali u dik miġbura minnu f’isem u għan-nom tal-klijenti tiegħu)
ĠU C 39, 11.2.2012, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-624/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-bejjiegħ jew għall-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali li jaħtar intimat fiskali u li jirreġistra għall-VAT f’dak l-Istat Membru - Leġiżlazzjoni li tippermetti kumpens bejn il-VAT deduċibbli imħallsa mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali u dik miġbura minnu f’isem u għan-nom tal-klijenti tiegħu)
(2012/C 39/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-obbligu li jinħatar intimat fiskali mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali — Obbligu li jirreġistra għall-VAT — Natura u portata tad-dritt għal tnaqqis
Dispożittiv
(1) |
Billi tipprovdi fit-Titolu IV tal-Istruzzjoni Amministrattiva 3 A-9-06 Nru 105 tat-23 ta’ Ġunju 2006, konċessjoni amministrattiva li tidderoga mis-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ awtolikwidazzjoni u li tinvolvi l-ħatra ta’ intimat fiskali mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra minn Franza, ir-reġistrazzjoni ta’ dan tal-aħħar għat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Franza u l-kumpens bejn it-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli li huwa ħallas u dik miġbura għan-nom u f’isem il-klijenti tiegħu, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u, b’mod partikolari, l-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 tagħha. |
(2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |