This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0427
Case C-427/10: Judgment of the Court (Third Chamber) of 15 December 2011 (reference for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione — Italy) — Banca Antoniana Popolare Veneta SpA, incorporating Banca Nazionale dell’Agricoltura SpA v Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate (VAT — Recovery of VAT paid but not due — National legislation under which actions may be brought for the recovery of sums paid but not due, before different courts and subject to different time-limits, depending on whether the claimant is the recipient of the services or their supplier — Possibility for the recipient to claim a VAT refund from the supplier after the expiry of the time-limits within which the supplier is able to bring an action against the tax authority — Principle of effectiveness)
Kawża C-427/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Banca Antoniana Popolare Veneta spa, incorporante la Banca Nazionale dell'Agricoltura spa vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate (VAT — Irkupru tat-taxxa imħallsa indebitament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà ta’ azzjoni għall-irkurpu tal-pagament mhux dovut quddiem qrati differenti, b’termini differenti li jvarjaw skont jekk titressaqx minn dak li jirċievi s-servizz jew mill-fornitur tas-servizz — Possibbiltà għal dak li jirċievi s-servizzi li jitlob l-irkupru tat-taxxa lill-fornitur wara l-iskadenza tat-terminu għall-azzjoni ta’ dan tal-aħħar kontra l-awtorità fiskali — Prinċipju ta’ effettività)
Kawża C-427/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Banca Antoniana Popolare Veneta spa, incorporante la Banca Nazionale dell'Agricoltura spa vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate (VAT — Irkupru tat-taxxa imħallsa indebitament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà ta’ azzjoni għall-irkurpu tal-pagament mhux dovut quddiem qrati differenti, b’termini differenti li jvarjaw skont jekk titressaqx minn dak li jirċievi s-servizz jew mill-fornitur tas-servizz — Possibbiltà għal dak li jirċievi s-servizzi li jitlob l-irkupru tat-taxxa lill-fornitur wara l-iskadenza tat-terminu għall-azzjoni ta’ dan tal-aħħar kontra l-awtorità fiskali — Prinċipju ta’ effettività)
ĠU C 39, 11.2.2012, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Banca Antoniana Popolare Veneta spa, incorporante la Banca Nazionale dell'Agricoltura spa vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
(Kawża C-427/10) (1)
(VAT - Irkupru tat-taxxa imħallsa indebitament - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà ta’ azzjoni għall-irkurpu tal-pagament mhux dovut quddiem qrati differenti, b’termini differenti li jvarjaw skont jekk titressaqx minn dak li jirċievi s-servizz jew mill-fornitur tas-servizz - Possibbiltà għal dak li jirċievi s-servizzi li jitlob l-irkupru tat-taxxa lill-fornitur wara l-iskadenza tat-terminu għall-azzjoni ta’ dan tal-aħħar kontra l-awtorità fiskali - Prinċipju ta’ effettività)
(2012/C 39/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Banca Antoniana Popolare Veneta spa, incorporante la Banca Nazionale dell'Agricoltura spa
Konvenuti: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Irkupru tat-taxxa imħallsa indebitament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà ta’ azzjoni għall-irkurpu tal-pagament mhux dovut quddiem qrati differenti, b’termini differenti li jvarjaw skont jekk titressaqx minn dak li jirċievi s-servizz tal-ġbir tat-taxxa (terminu ta’ 10 snin) jew mill-fornitur tal-istess servizz (terminu ta’ sentejn) — Possibbiltà għal min jirċievi s-servizz li jitlob ir-rimbors tat-taxxa mill-fornitur tas-servizz wara l-iskadenza tat-terminu li jirregola l-azzjoni ta’ dan tal-aħħar — Prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ nondiskriminazzjoni
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ effettività ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-irkupru ta’ pagament mhux dovut, li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni itwal għall-azzjoni tad-dritt ċivili għall-irkupru ta’ pagament mhux dovut, eżerċitata minn dak li jirċievi s-servizzi kontra l-fornitur ta’ dawk is-servizzi, issuġġettati għat-taxxa fuq il-valur miżjud, mit-terminu ta’ preskrizzjoni speċifiku għall-azzjoni għar-rimbors tad-dritt fiskali, eżerċitata minn dak il-fornitur kontra l-awtorità fiskali, sakemm dik il-persuna taxxabbli tkun tista’ titlob b’mod effettiv ir-rimbors ta’ dik it-taxxa mingħand dik l-awtorità. Din l-aħħar kundizzjoni ma tkunx sodisfatta meta l-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni bħala konsegwenza tkun iċċaħħad b’mod totali l-persuna taxxabbli mid-dritt li tikseb mill-awtorità fiskali l-irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa indebitament li hija stess kellha tirrimborsa lil min irċieva s-servizzi tagħha.