EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XX0131(02)

Id-Deċiżjoni Nru 804 tal- 4 ta’ Novembru 2011 li tiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, fil-Blokk 1-19 Sveti Atanas, li jinsab fil-blata kontinentali u fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta' proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti

ĠU C 26, 31.1.2012, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/7


ID-DEĊIŻJONI Nru 804

tal-4 ta’ Novembru 2011

li tiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, fil-Blokk 1-19 Sveti Atanas, li jinsab fil-blata kontinentali u fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta' proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti

2012/C 26/05

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI

Skont l-Artikoli 5(2), 7(2)(8), 42(1)(1) u 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u l-Artikoli 4(1)(1) u 16 tar-Regolament dwar it-twettiq tal-proċeduri tal-offerti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u/jew l-esplorazzjoni ta', u għall-għoti ta’ konċessjonijiet għall-produzzjoni ta', riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, adottat mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 231 tal-2010 (Gazzetta tal-Istat Nru 82/2010):

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI DDEĊIEDA LI:

1.

Għandha tinfetaħ proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fil-Blokk 1-19 Sveti Atanas, li jinsab fil-blata kontinentali u fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, li jkopri erja ta’ 1 318 km2 u huwa ddefinit bil-koordinati 1 sa 8, kif speċifikat fl-Anness.

2.

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tingħata abbażi ta' proċedura ta' offerti kompetittiva.

3.

Il-perjodu ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni għandu jiġi ffissat għal ħames snin mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar it-tiftix u l-esplorazzjoni, bi dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art.

4.

Id-data tal-iskadenza għax-xiri tal-fajl tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-120 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-130 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti skont il-fajl tal-offerti għandha tkun fil-17:00 tal-144 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.

L-offerenti ma għandhomx ikunu preżenti meta jiġu kkunsidrati l-offerti.

8.

Il-prezz tal-fajl tal-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 15 000. Il-fajl tal-offerti għandu jinxtara mill-Kmamar Nru 902 u 903 fil-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz li ġej: ul. Triaditsa 8, Sofia, Bulgaria, sad-data tal-iskadenza speċifikata fil-punt 4.

9.

L-applikanti li jixtiequ jipparteċipaw fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

10.

L-offerti ppreżentati skont il-kundizzjonijiet tal-offerti għandhom jiġu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati għall-ħarsien ambjentali u t-taħriġ, il-bonusijiet u l-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji, kif ipprovdut fil-fajl tal-offerti.

11.

Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 20 000, pagabbli sad-data tal-iskadenza speċifikata fil-punt 5 fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu indikat fil-fajl tal-offerti.

12.

Id-depożitu li jkun għamel l-offerent magħżul għandu jiġi rimburżat wara li jkun ġie ffirmat il-ftehim, u d-depożiti tal-offerenti l-oħrajn għandhom jiġu rimburżati fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni.

13.

L-applikazzjonijiet sabiex wieħed jipparteċipa fil-proċedura kompetittiva tal-offerti u l-offerti taħt il-proċedura kompetittiva tal-offerti għandhom jitressqu fir-Reġistru tal-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz li ġej: ul. Triaditsa 8, Sofia, Bulgaria, bil-Bulgaru, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

14.

L-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifikati fil-fajl tal-offerti.

15.

Il-proċedura kompetittiva tal-offerti għandha titwettaq anke fil-każ li jiġi aċċettat applikant wieħed biss biex jipparteċipa fiha.

16.

L-attivitajiet tal-esplorazzjoni minerali għandhom jitwettqu wara t-tlestija tal-proċeduri għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-pjan ta' ħidma ġenerali u tal-pjanijiet annwali ta' ħidma għat-tiftix u l-esplorazzjoni skont l-Artikolu 2(2) tal-Kapitolu 2 tar-Regolament dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-pjanijiet, il-programmi, il-proġetti u l-proposti tal-investiment bl-għanijiet li jiġu ppriżervati ż-żoni protetti (Gazzetta tal-Istat Nru 73/2007).

17.

Il-Ministru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu huwa awtorizzat li:

17.1.

jibgħat din id-Deċiżjoni għall-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

17.2.

jorganizza u jwettaq il-proċedura kompetittiva tal-offerti.

18.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Istat u fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri.

19.

L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru

Boyko BORISOV

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ministri

Rosen ZHELYAZKOV


ANNESS

LISTA TAL-KOORDINATI TAL-PUNT TA’ FRUNTIERA TAL-BLOKK 1-19 SVETI ATANAS

Sistema ta' koordinati WGS 84, żona 35N

Nru

Lonġitudni

(°)

Latitudni

(°)

1

27.9290

43.0000

2

28.2500

43.0000

3

28.2500

42.9150

4

28.5000

42.9150

5

28.5001

42.8122

6

28.4333

42.8119

7

28.4305

42.6909

8

27.9319

42.6961


Top