Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XG0111(03)

    Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

    ĠU C 8, 11.1.2012, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 8/33


    Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

    2012/C 8/10

    Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qiegħed b’dan javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fil-blokk M3 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 għar-Regolament dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

    B'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u d-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan qed jistieden lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fil-Blokk M3 tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi.

    Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

    L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi matul it-13-il ġimgħa ta’ wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jintbagħtu lil:

    De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

    ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt

    ALP/562

    Bezuidenhoutseweg 30

    Postbus 20101

    2500 EC Den Haag

    NEDERLAND

    L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

    Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

    Aktar tagħrif jinkiseb migħand is-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefown: +31 703797762.


    Top