This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC1209(05)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
ĠU C 359, 9.12.2011, p. 17–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/17 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 359/12
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“ ” (YANCHENG LONG XIA)
Nru KE: CN-PGI-0005-0625-16.07.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“” (Yancheng Long Xia)
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Iċ-Ċina
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Kategorija 1.7: |
Ħut, molluski u krostaċji friski, u prodotti derivati minnhom |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):
Il-“Yancheng Long Xia” (isem xjentifku “Procambarus Clarkii”), huwa gamblu tal-ilma ħelu klassifikat taħt “astacura” tal-krostaċji. Huwa tip ta’ frotta tal-baħar naturali u selvaġġa li tgħix fiż-żoni fejn jiltaqa’ l-ilma ħelu mal-ilma baħar, speċjalment fiż-żona tax-Xmara Doulong li tinsab fid-distrett ta’ Dafeng fil-Belt ta’ Yancheng fiċ-Ċina. Il-“Yancheng Long Xia” jista’ jinbiegħ biss iffriżat f'pakketi ssiġġillati bil-vakwu wara li jkun issajjar. Meta jissajru l-gambli tal-ilma ħelu ħajjin maqbudin friski mis-selvaġġ, dawn jitqiegħdu f'kontenituri tal-plastik, imbagħad jinksew b’zalza speċjali li tikkonsisti l-aktar f’melħ u bużbież, u wara jiġu ssiġġilati bil-vakwu f’boroż tal-plastik li jiġu ppakkjati f’kaxxi. Il-piż nett ta’ kull kaxxa huwa ta’ 1 000 g (il-kwantità tas-soppa tkun skont il-ħtiġiet tal-klijenti); id-daqsijiet regolari jinkludu 8-15-il biċċa/kg, 16-23 biċċa/kg, 23/28 biċċa/kg. Il-prodott għandu jinħażen u jiġi trasportat f’temperatura ta’ – 18 °C jew anqas.
Il-karatterisitiċi nutrittivi ewlenin tal-“Yancheng Long Xia” huma: kontenut ta’ proteina ta' ≥ 18 %, kontenut ta’ xaħam ta' ≤ 3 %, Vitamina A ≥ 2 %. Ir-rata tal-kontenut li jittiekel hija ta’ ≥ 23 %. Il-“Yancheng Long Xia” jista’ jittiekel direttament wara li jinħall mill-friża b’mod naturali jew jinħall mill-friża billi jiddaħħal fil-forn bil-microwave.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Il-gambli tal-ilma ħelu, li huma l-materja prima tal-“Yancheng Long Xia”, iridu jkunu ġejjin miż-żona tax-Xmara Doulong fil-Belt ta’ Yancheng fiċ-Ċina. Din hija żona ta’ ilma fejn jiltaqa’ l-ilma ħelu ma’ dak tal-baħar, u tinsab bejn żewġ riżervi naturali nazzjonali. Ir-“Red-Crowned Crane” u l-“Milu Deer”.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-qbid u l-ipproċessar tal-gambli tal-ilma ħelu għadhom isiru fiż-żona ġeografika indikata. L-ipproċessar jinkludi l-issortjar, il-ħasil, it-tlaħliħ, it-tisjir, it-tberrid, l-għażla, il-gradazzjoni, it-taħlit tal-ħwawar u l-iffriżar tal-gambli tal-ilma ħelu.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
Meta jaslu l-gambli tal-ilma ħelu nejjin friski, f'ħin u f’temperatura maqbula, għandu jitwettaq proċess ta’ użin, ippakkjar bil-vakwu u ffriżar mgħaġġel. Meta t-temperatura interna tal-prodotti tilħaq dik ta’ – 15 °C jew anqas, il-gambli jiġu ppakkjati ġo kartuna kbira skont ċertu piż u mbagħad jiġu trasferiti f'maħżen kiesaħ b’temperatura anqas minn – 18 °C. Matul l-ipproċessar u l-ippakkjar, il-ħin u t-temperatura jiġu kontrollati b’mod xjentifiku, filwaqt li l-iġjene tal-persunal u l-materjal tal-ippakkjar jirrestrinġu li jitnisslu l-mikrobi u jiżguraw is-sikurezza tal-prodott.
L-ippakkjar intern tal-“Yancheng Long Xia” jinkludi kontenituri tal-plastik elastiċi li huma tajbin għall-ikel u boroż rotob elastiċi bil-vakwu li huma tajbin għall-ikel. Il-materjal kollu tal-ippakkjar huwa prodott minn fabbriki kwalifikati għall-ippakkjar. L-ippakkjar intern ta’ kull kunsinna li tintuża għall-“Yancheng Long Xia” irid jgħaddi minn eżami mid-Dipartiment tal-Kontroll tal-Kwalità tal-impjant, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel u jiġi validat minn rapporti jew ċertifikati ta’ kwalifika. L-ebda borża jew kontenitur li ma jikkwalifikawx ma jistgħu jidħlu fl-impjant tal-ipproċessar tal-“Yancheng Long Xia”.
L-ippakkjar ta’ barra (il-kartuna l-kbira) tal-“Yancheng Long Xia” huwa magħmul minn materjal tal-karti. Il-kartuna l-kbira tiġi prodotta minn fabbriki kwalifikati għall-ippakkjar. Il-kartun il-kbir ta’ kull kunsinna li jintuża għall-“Yancheng Long Xia” għandu jgħaddi minn eżaminazzjoni mid-Dipartiment tal-Kontroll tal-Kwalità tal-Impjant tal-Gambli tal-ilma ħelu, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel u jiġi validat minn rapporti jew ċertifikati ta’ kwalifika. L-ebda kartuna kbira li ma tikkwalifikax ma tista’ tidħol fl-impjant tal-ipproċessar tal-“Yancheng Long Xia”.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
It-tikketta tinkludi l-isem tal-prodott (Yancheng Long Xia), is-simboli tal-IĠ u l-isem tal-fabbrika.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tinkludi kemm iż-żona tal-qbid kif ukoll tal-ipproċessar. Il-“Yancheng Long Xia” jinqabad miż-żona fejn jiltaqa’ l-ilma ħelu ma’ dak tal-baħar, fiż-żona tax-Xmara Doulong. Iż-żona tax-Xmara Yancheng Doulong tinsab fejn ix-Xmara Doulong tgħaddi minn Yancheng u d-diversi lokalitajiet tagħha. Iż-żona totali tammonta għal 11 200 kilometru kwadru. Dafeng, l-ewwel belt b’bilanċ ekoloġiku fiċ-Ċina tinsab f’din iż-żona tal-ilma, maġenb il-Baħar l-Isfar, u hija bejn iż-żewġ żoni tar-riżervi naturali nazzjonali tar-“Red-Crowned Crane” u “Milu Deer”. Hija żona ta’ art mistagħdra ma’ xatt il-baħar fejn l-ilma ħelu jiltaqa’ mal-ilma baħar.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Iż-żona tax-Xmara Doulong tinsab fil-Belt ta’ Yancheng fil-Provinċja ta' Jiangsu, li hija maġenb l-Oċean Paċifiku b’kosta ta’ aktar minn 110 kilometru. Fuq din l-art, ix-Xmara Huaihe fit-Tramuntana u x-Xmara Yangtze fin-Nofsinhar rispettivament jiltaqgħu mal-baħar, ilaqqgħu l-marea tal-Baħar l-Isfar jum wara jum u s-sena wara sena. Matul eluf ta’ snin din żviluppat f’art mistagħdra f’bajja wiesgħa. Din iż-żona hija famuża għall-ħamrija fertili tagħha u l-abbundanza tagħha ta’ diversi forom ta’ annimali u pjanti akkwatiċi. Din iż-żona hija tilqa’ fiha annimali u għasafar rari, bħaċ-Ċerva Milu (Milu Deer) u l-għarnuq rasu ħamra.
Il-bajja wiesgħa u ċatta u t-twaħħid tax-xmajjar u l-artijiet mistagħdra fiż-żona, joħolqu lok għall-gambli tal-ilma ħelu biex dawn ikattru u jikbru. It-temp moderat, l-ilma nadif b’ossiġenu maħlul ta’ > 4 mg u l-materja organika abbundanti jifformaw l-ambjent naturali, u flimkien jagħmlu ż-żona tax-Xmara Doulong ġenna tal-art għall-gambli tal-ilma ħelu.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-“Yancheng Long Xia” huwa annimal amfibju akkwatiku li għandu karatteristiċi li huma differenti minn dawk ta' speċi oħrajn. Il-laħam tad-denb huwa rikk fil-proteina u għandu kontenut baxx ta’ xaħam, filwat li x-xaħam tal-gamblu tal-ilma ħelu (xaħam isfar) għandu togħma simili għal dik tax-xaħam delizzjuż tal-ġranċ. Minħabba l-karattru amfibju tiegħu, il-karatteristiċi nutrittivi huma eċċellenti (kontenut ta’ proteina ta' ≥ 18 %, kontenut ta’ xaħam ≤ 3 %, Vitamina A ≥ 2 %), u għandu l-vantaġġi kemm tal-annimali tal-art kif ukoll dawk tal-baħar. Il-partijiet li jittieklu tal-“Yancheng Long Xia” jinkludu l-laħam tad-denb, il-laħam tal-imqass u x-xaħam isfar fir-ras.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Iż-żona tax-Xmara Doulong tinsab maġenb l-artijiet mistagħdra kostali u fil-post fejn l-ilma ħelu jiltaqa' mal-ilma baħar. Il-perjodu mingħajr ġlata f’din iż-żona jdum 240 jum. Hawnhekk, il-kwalità tal-ilma hija nadifa u friska, l-ossiġenu maħlul huwa ta’ > 4 mg, il-pH jibqa’ bejn 7,8 u 9, filwaqt li l-livell tal-ilma jibqa’ stabbli matul is-sena. Iż-żona għandha abbundanza ta’ diversi forom ta’ annimali u pjanti akkwatiċi li joffru materja organika rikka għat-tkabbir tal-gambli tal-ilma ħelu.
Il-fatturi kollha li ssemmew hawn fuq jagħmlu l-“Yancheng Long Xia” differenti minn gambli tal-ilma ħelu f’reġjuni oħrajn. Il-“Yancheng Long Xia” huwa proporzjonat tajjeb, għandu qoxra rqiqa u rata ta’ meterjal li jittiekel ta’ ≥ 23 %. Komparattivament, il-laħam huwa aktar tari u sħiħ. Il-gambli tal-ilma ħelu f’reġjuni oħrajn għandhom ras kbira u qoxra ħoxna; ir-rata tagħom ta’ materjal li jittiekel hija ta’ ≥ 18 % u l-laħam huwa aktar impaħpaħ u ma tantx huwa reżistenti. L-ilma fiż-żona fejn jiltaqa' l-ima ħelu ma’ dak tal-baħar jipprovdi grad ta’ tmelliħ u alkalinità. In-natura amfibja tal-gambli tal-ilma ħelu, flimkien mal-ambjent naturali partikolari jżidu l-kontent nutrittiv u t-togħma uniċi li jinsabu kemm fil-gambli/ġranċijiet tal-ilma ħelu, kif ukoll fil-prodotti akkwatiċi tal-ilma baħar, iżda li rarament jinstabu fi speċi oħrajn ta' gambli tal-ilma ħelu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.