Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0502

    Kawża T-502/11: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2011 — Sanofi Pasteur MSD vs UASI — Mundipharma (Rappreżentazzjoni ta’ mnieġel kontra xulxin)

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/30


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 — Sanofi Pasteur MSD vs UASI — Mundipharma (Rappreżentazzjoni ta’ mnieġel kontra xulxin)

    (Kawża T-502/11)

    2011/C 340/59

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sanofi Pasteur MSD SNC (Lyon, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mundipharma AG (Basel, l-Isvizzera)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Lulju 2011 fil-Każ R 1904/2010-4;

    tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta mnieġel kontra xulxin, għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5164561

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

    Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Franċiża Nru 94500834, tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żigarelli, għal prodotti fil-klass 5; reġistrazzjoni ta’ trade mark internazzjonali Nru 620636, tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żigarelli, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni ta’ trade mark internazzjonali Nru 627401, tat-trade mark figurattiva li tirraprreżenta żigarelli, għal prodotti fil-klassi 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 76 u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li l-karattru distintiv miżjud tat-trade marks preċedenti ma kienx għadu qed jiġi invokat fil-proċedimenti tal-appell, u meta naqas milli jevalwa debitament il-probabbiltà ta’ konfużjoni.


    Top