Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TB0141

    Kawża T-141/05 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Settembru 2011 — Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni ( Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-Kuntratt LIEN 97-2011 — Rifjut ta’ aċċess — Eżami ġdid fil-mori tal-kawża — Preżentata ta’ rikors separat — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/20


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2011 — Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-141/05 RENV) (1)

    (Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-Kuntratt LIEN 97-2011 - Rifjut ta’ aċċess - Eżami ġdid fil-mori tal-kawża - Preżentata ta’ rikors separat - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2011/C 340/41

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Kaltenecker, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2005 li jirrifjutaw lil Internationaler Hilfsfonds l-aċċess sħiħ għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011

    Dispożittiv

    (1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ Internationaler Hilfsfonds eV intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta’ Frar 2005, li tiċħad it-talba tagħha għal aċċess għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.

    (2)

    Internationaler Hilfsfonds hija kkundannata tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 143, 11.06.2005.


    Top