Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0187

    Kawża C-187/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 29 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Baris Unal vs Staatssecretaris van Justitie (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE — Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) — Ċittadin Tork — Permess ta’ residenza — Riunifikazzjoni tal-familja — Separazzjoni tal-koppja — Irtirar tal-permess ta’ residenza — Effett retroattiv)

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Baris Unal vs Staatssecretaris van Justitie

    (Kawża C-187/10) (1)

    (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE - Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) - Ċittadin Tork - Permess ta’ residenza - Riunifikazzjoni tal-familja - Separazzjoni tal-koppja - Irtirar tal-permess ta’ residenza - Effett retroattiv)

    2011/C 340/05

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Baris Unal

    Konvenut: Staatssecretaris van Justitie

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Dritt ta’ residenza taċ-ċittadini Torok — Permess ta’ residenza mogħti lil ċittadin Tork sabiex ikun jista’ jgħix mas-sieħba tiegħu — Separazzjoni tal-koppja li l-awtoritajiet kompetenti ma kinux jafu biha — Irtirar tal-permess ta’ residenza

    Dispożittiv

    L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirtiraw il-permess ta’ residenza ta’ ħaddiem Tork b’effett retroattiv fid-data li fiha r-raġuni li għaliha d-dritt nazzjonali jissuġġetta l-għoti tal-permess tiegħu waqfet teżisti, meta dan il-ħaddiem ma kien instab ħati ta’ ebda aġir frawdolenti, u li dan l-irtirar seħħ wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ sena xogħol regolari previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1).


    (1)  ĠU C 195, 17.07.2010


    Top