Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010J0012

    Sentenza tal-Qorti tat- 28 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża E-12/10 – L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda (In-nuqqas ta' parti kontraenti milli tirrispetta l-obbligi tagħha – il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – id-Direttiva 96/71/KE – l-istazzjonar tal-ħaddiema – rati minimi ta' ħlas – liv mingħajr ħlas fil-każ ta' mard jew inċident – Assigurazzjoni kontra l-inċidenti)

    ĠU C 336, 17.11.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 336/20


    SENTENZA TAL-QORTI

    tat-28 ta’ Ġunju 2011

    fil-Kawża E-12/10

    L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda

    (In-nuqqas ta' parti kontraenti milli tirrispetta l-obbligi tagħha – il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – id-Direttiva 96/71/KE – l-istazzjonar tal-ħaddiema – rati minimi ta' ħlas – liv mingħajr ħlas fil-każ ta' mard jew inċident – Assigurazzjoni kontra l-inċidenti)

    2011/C 336/14

    Fil-kawża E-12/10, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi żammet fis-seħħ l-Artikoli 5 u 7 tal-Att Nru 45/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-impriżi barranin li jistazzjonaw il-ħaddiema temporanjament fl-Islanda u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema tagħhom, l-Islanda naqset milli tirrispetta l-obbligi tagħha mitluba mill-Artikolu 36 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 3 tal-Att imsemmi fil-punt 30 tal-Anness XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas tal-fornitura ta' servizzi, kif adattata għall-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, il-Qorti magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Thorgeir Örlygsson u Per Christiansen (Imħallef għal opinjoni), kollha Imħallfin, tat sentenza fit-28 ta' Ġunju 2011, u l-parti dispożittiva tagħha tgħid hekk:

    Il-Qorti b’dan:

    (1)

    Tiddikjara li billi żammet fis-seħħ l-Artikoli 5 u 7 tal-Att Nru 45/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-impriżi barranin li jistazzjonaw il-ħaddiema temporanjament fl-Islanda u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema tagħhom, l-Islanda naqset milli tirrispetta l-obbligi tagħha mitluba mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas tal-fornitura ta' servizzi.

    (2)

    Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


    Top