Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/317/09

    Rettifika għall-Istedina lill-organizzazzjonijiet nongovernattivi biex jesprimu interess li jiġu involuti fil-Kumitat Konsultattiv Konġunt CARIFORUM-KE fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE ( ĠU C 312, 25.10.2011 )

    ĠU C 317, 29.10.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/15


    Rettifika għall-Istedina lill-organizzazzjonijiet nongovernattivi biex jesprimu interess li jiġu involuti fil-Kumitat Konsultattiv Konġunt CARIFORUM-KE fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 312, tal-25 ta' Ottubru 2011 )

    2011/C 317/09

    F'paġna 11, il-punt 1:

    minflok:

    “1.

    L-organizzazzjonijiet nongovernattivi, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp u l-ambjent, huma mistiedna jesprimu l-interess tagħhom li jiġu inklużi f’Roster ta’ organizzazzjonijiet li se jkunu involuti fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”). L-inklużjoni fir- Roster hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha li jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2009 (fl-appendiċi).”,

    aqra:

    “1.

    L-organizzazzjonijiet nongovernattivi, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp u l-ambjent, huma mistiedna jesprimu l-interess tagħhom li jiġu inklużi f’Roster ta’ organizzazzjonijiet li se jkunu involuti fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”). L-inklużjoni fir- Roster hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha li jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/207/KE tas-16 ta’ Novembru 2009 dwar Pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE (1).

    f’paġna 11, il-punt 5:

    minflok:

    “5.

    L-applikazzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni għandhom isiru permezz tal-formola tar-reġistrazzjoni li tinsab fis-sit tal-internet http://spportal/cariforum-eu u għandhom jaslu mhux iżjed tard mis-7 p.m. (ħin ta’ Brussell) tal-1 ta’ Diċembru 2011.”,

    aqra:

    “5.

    L-applikazzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni għandhom isiru permezz tal-formola tar-reġistrazzjoni li tinsab fis-sit tal-internet http://portal2.eesc.europa.eu/cariforum-eu u għandhom jaslu mhux iżjed tard mis-7 p.m. (ħin ta’ Brussell) tal-15 ta’ Diċembru 2011.”.


    (1)  ĠU L 88, 8.4.2010, p. 23.”;


    Top