Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0928(03)

    Avviż għall-attenzjoni ta' Hassan Muhammad Abu Bakr Qayed u Abd Al-Rahman Ould Muhammad Al-Husayn Ould Muhammad Salim li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 960/2011

    ĠU C 284, 28.9.2011, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/30


    Avviż għall-attenzjoni ta' Hassan Muhammad Abu Bakr Qayed u Abd Al-Rahman Ould Muhammad Al-Husayn Ould Muhammad Salim li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 960/2011

    2011/C 284/06

    1.

    Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

    Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

    l-Al Qaida;

    persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al Qaida; kif ukoll

    persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom mod ieħor.

    Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma” Al-Qaida, jinkludu:

    (a)

    il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru mill-Al Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivattiv tagħha, jew ta' atti jew attivitajiet li jsiru magħhom, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

    (b)

    il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' kwalunkwe wieħed minnhom;

    (c)

    ir-reklutaġġ għal kwalunkwe wieħed minnhom; jew

    (d)

    xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' kwalunkwe wieħed minnhom.

    2.

    Fil-15 ta' Settembru 2011 il-Kumitat tan-NU ddeċieda li jżid lil Hassan Muhammad Abu Bakr Qayed u Abd Al-Rahman Ould Muhammad Al- Husayn Ould Muhammad Salim mal-lista relevanti. Meta jridu dawn jistgħu jissottomettu talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    In-Nazzjonijiet Uniti – L-Uffiċċju tal-Ombudsperson

    Kamra TB-08041D

    New York, NY 10017

    UNITED STATES OF AMERICA

    Tel. +1 2129632671

    Fax +1 2129631300 / 3778

    Posta elettronika: ombudsperson@un.org

    Għal aktar tagħrif, ikkonsulta http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

    3.

    Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-2ni paragrafu, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 960/2011 (2), li jemenda l-Anness I ta' mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Hassan Muhammad Abu Bakr Qayed and Abd Al-Rahman Ould Muhammad Al- Husayn Ould Muhammad Salim mal-lista f'Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

    Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

    (1)

    l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli wieħed jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi għal kwalunkwe wieħed jew waħda mill-individwi u entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); kif ukoll

    (2)

    il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

    4.

    L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprevedi proċedura ta' reviżjoni fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin mal-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 960/2011 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Miżuri Restrittivi”

    Rue de la Loi/Wetstraat 200

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    5.

    Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 960/2011 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    6.

    Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

    (2)  ĠU L 252, 28.9.2011, p. 8.

    (3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

    (4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

    (5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


    Top