Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/283/06

    Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal-2012, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

    ĠU C 283, 27.9.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 283/10


    Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal-2012, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

    2011/C 283/06

    B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skont il-programmi ta' ħidma “Persuni” tal- 2012, tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

    Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħiet u għall-premju li ġejjin. Id-dati tal-għeluq u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet, li jinsabu ppubblikati fuq il-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

    Il-Programm Speċifiku “Persuni”:

    Titlu tas-sejħa

    Identifikatur tas-sejħa

    Il-Lejl tar-Riċerkaturi

    FP7-PEOPLE-2012-NIGHT

    Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma tal-2012 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 5033, tad-19 ta' Lulju 2011.

    L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-premju, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti jinsabu fuq il-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.


    Top