This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0902(03)
Notice for the attention of Mati ur-Rehman who was added to the list referred to in Articles 2, 3 and 7 of Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al-Qaida network, by virtue of Commission Regulation (EU) No 876/2011
Avviż għall-attenzjoni ta' Mati ur-Rehman, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2011
Avviż għall-attenzjoni ta' Mati ur-Rehman, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2011
ĠU C 258, 2.9.2011, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/12 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Mati ur-Rehman, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2011
2011/C 258/07
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999). Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma” Al-Qaida, jinkludu:
|
2. |
Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fit-22 ta’ Awwissu 2011 li jżid lil Mati ur-Rehman fil-lista rilevanti. Huwa jista' meta jrid iressaq talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex id-deċiżjoni biex jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija aktar ‧il fuq terġa‧ tiġi kkunsidrata. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Għal aktar informazzjoni żur http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml |
3. |
Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru No 876/2011 (2), li jemenda l-Anness I ta' mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (3) li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida. L-emenda, magħmula b'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Mati ur-Rehman mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”). Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
|
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprovdi għal proċess ta' reviżjoni fejn osservazzjonijiet fuq bażi ta' reġistrazzjoni jiġu sottomessi minn dawk li qegħdin fil-lista. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 876/2011 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:
|
5. |
L-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jisfidaw Regolament (UE) Nru 876/2011 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
6. |
Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(2) ĠU L 227, 2.9.2011, p. 11.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(4) L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).
(5) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).