Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0242

    Kawża T-242/11: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Mejju 2011 — Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam)

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/27


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2011 — Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam)

    (Kawża T-242/11)

    2011/C 211/59

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kaltenbach & Voigt GmbH (Biberach an der Riß, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2011 fil-Każ R 2361/2010-2;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali figurattiva “3D eXam” għal prodotti fil-klassi 10

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: Protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali għall-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 7(1)(b), (c) u Artikolu 2 tar-RTMK irrifjutata.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u n-nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni reġistrazzjonijiet/għoti ta’ protezzjoni nazzjonali, peress li r-reġistrazzjoni internazzjonali inkwistjoni: (1) ma hijiex purament deskrittiva, u; (2) turi karattru distintiv peress li l-pubbliku rilevanti se jikkunsidra s-sinjal “3D eXam” bħala indikazzjoni tal-oriġini imprenditorjali.


    Top