Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0115

    Kawża T-115/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Mejju 2011 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi — Deċiżjoni 2010/45/UE — Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att purament konfermattiv — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/24


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-115/10) (1)

    (Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2010/45/UE - Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà)

    2011/C 211/54

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent, assistit minn D. Wyatt, QC, u M. Wood, barrister)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u S. Boelaert, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2010, L 30, p. 322), sa fejn iżżomm fuq il-lista, sit bl-isem ta’ “Estrecho Oriental” (bir-referenza ES6120032) bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibili.

    (2)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    (3)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja.


    (1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


    Top