This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TA0471
Case T-471/08: Judgment of the General Court of 7 June 2011 — Toland v Parliament (Access to documents — Regulation (EC) No 1049/2001 — Audit report on the parliamentary assistance allowance — Refusal of access — Exception relating to protection of the purpose of inspections, investigations and audits — Exception relating to protection of the decision-making process)
Kawża T-471/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Ġunju 2011 — Toland vs Il-Parlament ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rapport ta’ verifika fuq kumpens għall-assistenza Parlamentarja — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki — Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali” )
Kawża T-471/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Ġunju 2011 — Toland vs Il-Parlament ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rapport ta’ verifika fuq kumpens għall-assistenza Parlamentarja — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki — Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali” )
ĠU C 211, 16.7.2011, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Toland vs Il-Parlament
(Kawża T-471/08) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rapport ta’ verifika fuq kumpens għall-assistenza Parlamentarja - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali)
2011/C 211/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ciarán Toland (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Burke, solicitor, E. Regan, SC, u J. Newman, barrister)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz u D. Moore, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u C. Vang, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, A. Guimaraes-Purokoski u H. Leppo, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, S. Johannesson u K. Petkovska, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Awwissu 2008, Referenza A(2008) 10636, sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-servizz ta’ verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta’ Jannar 2008, intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”.
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-11 ta’ Awwissu 2008, Referenża A(2008) 10636, hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għar-Rapport Nru 06/02 tas-servizz ta’ verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta’ Jannar 2008, intitolat “Verifika tal-kumpens għall-assistenza Parlamentarja”. |
(2) |
Il-Parlament ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ Ciarán Toland. |
(3) |
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |