Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0235

    Kawża C-235/11 P: Appell ippreżentat fis- 17 ta’ Mejju 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat- 3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-589/08, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/17


    Appell ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-589/08, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-235/11 P)

    2011/C 211/34

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali,

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (DG ENVI) li tiċħad l-offerti mressqa mill-applikant għal kull wieħed mit-tliet lottijiet fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa DG ENV.C2/FRA/2008/0017 “Kuntratt qafas dwar is-sistema tal-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni — CITL/CR” (2008/S 72-096229) u li dawn l-kuntratti jingħataw lil offerent ieħor,

    tirrinvija l-każ lill-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar teżamina l-bqija tal-kwistjonijiet fiż-żewġ lottijiet, inkluża t-talba għad-danni, li għadha ma ġietx eżaminata mill-Qorti Ġenerali,

    tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż legali tal-appellanti u spejjeż oħra inklużi dawk sostnuti inkonnessjoni mal-proċedura inizjali, anki jekk dan l-appell jiġi miċħud kif ukoll dawk ta’ dan l-appell, jekk dan jiġi milqugħ.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għal dawn il-motivi:

    żball manifest ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni

    interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju (1) u tal-Artikolu 149 tar-regoli ta’ implementazzjoni (2) fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha tal-obbligu li jingħataw raġunijiet mill-awtorità kontraenti.

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma aċċettatx l-argumenti tal-appellanti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol 4, p. 74.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol 4, p. 145.


    Top