EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/181/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6253 – Talis International Holding/Raphael Valves Industries) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 181, 22.6.2011, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/40


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6253 – Talis International Holding/Raphael Valves Industries)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 181/08

1.

Fl-14 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Talis International Holding GmbH (il-Ġermanja), kumpanija b'parteċipazzjoni fl-impriża magħmula mill-Grupp Talis (“Talis”), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll kollu kemm hu tal-impriża Raphael Valves Industries (1975) (“Raphael”) (l-Iżrael), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma, kemm għal Talis kif ukoll għal Raphael, l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta' valvoli u prodotti oħra u apparat għall-industrija tal-ilma, inkluż għall-produzzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u d-drenaġġ tal-ilma.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), ta’ min wieħed jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6253 – Talis International Holding/Raphael Valves Industries (1975) Ltd, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”)

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż dwar proċedura ssimplifikata”).


Top