Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0420(02)

    Informazzjoni fil-qosor dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artkoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

    ĠU C 122, 20.4.2011, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 122/8


    Informazzjoni fil-qosor dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artkoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

    2011/C 122/07

    Għajnuna Nru: XF 31/10

    Stat Membru: Ir-Repubblika tal-Estonja

    Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: Maksu- ja Tolliamet

    Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Kalandustoodete tootjale eriotstarbelise diislikütuse ja kerge kütteõli aktsiisimaksu vabastus

    Bażi legali: Eesti Vabariigi Riigikogu poolt 4. detsembril 2002 vastu võetud seaduse „Alkoholi-, tubaka- ja kütuse- ja elektriaktsiisi seadus” paragrahvi 27 lõike 1 punkt 222.

    Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: L-iskema tipprovdi għal għajnuna ta' EEK 50 000 (EUR 3 195) kull sena għas-sajjieda li jistadu fl-ilmijiet interni.

    Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hija l-ammont stabbilit fit-Taqsima 66(7) tal-Att dwar id-Dazju tas-Sisa fuq l-Alkoħol, it-Tabakk, il-Fjuwil u l-Elettriku. Fl-1 ta' Jannar 2010, ir-rata ta' dazju tas-sisa għal 1 000 litru ta' diżil għal skopijiet speċifiċi jew żejt tal-karburant ħafif ġiet iffissata għal EEK 1 736; dan l-ammont jista' jinbidel fil-każ ta' żieda tad-dazju tas-sisa fuq il-fjuwil.

    Data tad-dħul fis-seħħ: L-eżenzjoni minn dazju tas-sisa se tapplika mill-1 ta' Jannar 2011.

    Tul ta' żmien tal-iskema: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

    Għan tal-għajnuna: L-għan huwa li tassisti lill-SMEs billi teżentahom mid-dazju tas-sisa fuq diżil għal skopijiet speċifiċi jew żejt tal-karburant fl-2011.

    Artikolu applikabbli: l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008

    Attività kkonċernata: Sajd fl-ilmijiet interni

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Maksu- ja Tolliamet

    Narva mnt 9j

    15176 Tallinn

    EESTI/ESTONIA

    Sit elettroniku: http://www.riigiteataja.ee/ert/act.jsp?id=13279879

    Raġunijiet: Filwaqt li s-sajjieda li jistadu fuq il-baħar huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, li tfisser li għandhom il-possibilità li jużaw fjuwil bla taxxa, l-eżenzjoni tat-taxxa kif ipprovduta fid-Direttiva ma tkoprix awtomatikament lis-sajjieda li jistadu fl-ilmijiet interni. Din l-iskema ta' għajnuna qed tiġi implimentata sabiex jiġu żgurati li l-prinċipji ta' trattament indaqs u ta' trasparenza tal-kompetizzjoni jiġu applikati ukoll għas-sajjieda li jistadu fl-ilmijiet interni.

    Għajnuna Nru: XF 32/10

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: Regione Autonoma della Sardegna

    Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Legge regionale n. 3/2006, art. 6 — Misure per migliorare la sostenibilità della pesca marittima nelle acque prospicienti il territorio della Sardegna: arresto temporaneo per le unità abilitate ai sistemi di pesca a strascico e/o volante anno 2010

    Bażi legali: Decreto n. 2000/DecA/76 del 30 luglio 2010 dell’Assessore dell’Agricoltura e riforma agro-pastorale, Legge regionale 14 aprile 2006 n. 3 art. 6, Legge Regionale 14 maggio 2009, n. 1, art. 4, comma 27, Legge regionale 28 dicembre 2009, n. 6

    Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 1 500 000,00

    Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna tingħata skont l-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 u titħallas skont l-Anness II għal dak ir-Regolament, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta' Lulju 2008. Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs kemm fost il-kumpaniji kif ukoll fost il-baħħara kkonċernati mill-waqfien temporanju, skont finanzjament reġjonali:

    kumpaniji tas-sajd jistgħu jkunu eliġibbli għal primjum ekwivalenti għall-50 % tal-għajnuna nazzjonali li jkun fadal mogħtija skont it-Tabella 2 tad-Digriet tal-Ministeru għall-Politiki Agrikoli, l-Ikel u l-Forestrija (MIPAAF) tat-23 ta' Ġunju 2010 sabiex il-livell ta' għajnuna mogħti fuq livell nazzjonali jinġieb l-istess għar-reġjuni koperti bl-objettiv ta' Konverġenza (Tabella 1);

    baħħara ta' bastimenti tas-sajd ikkonċeranti mill-waqfien temporanju jistgħu jkunu eliġibbli għal primjum ikkalkulat fuq il-bażi ta' salarju minimu, skont it-tabelli fir-referenza tal-ftehim nazzjonali kollettiv għas-settur kif ipprovdut mill-Programm Operazzjonali tal-FES għall-implimentazzjoni tal-Miżura 1.2 “Għajnuna pubblika għal waqfien temporanju”, skont il-miżura stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 u mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta' Lulju 2008.

    Data tad-dħul fis-seħħ: L-1 ta' Ottubru 2010

    Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika: il-31 ta' Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: Biex tipprovdi kumpens soċjo-ekonomiku għall-baħħara u inċentivi finanzjarji lis-sidien ta' bastimenti għall-imġieba tajba skont il-Miżura 1.2 “Għajnuna pubblika għal waqfien temporanju” tal-Programm Operazzjonali biex jiġi implimentat il-pjan ta' ġestjoni GSA11 adottat mid-Digriet tas-17 ta' Ġunju 2010 tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Marittimu (Dipartiment tal-Politiki Ewropej u Internazzjonali) tal-Ministeru Taljan għall-Politiki Agrikoli, l-Ikel u l-Forestrija, fir-rigward tal-flotta tat-tkarkir, li tipprovdi għal tnaqqis gradwali fl-isforz tas-sajd f'konformità mal-għan stabbilit skont l-Iskema għall-Addattament tal-Flotta stabbilita mid-Digriet Dipartimentali tas-6 ta' April 2010.

    Indika liema mill-Artikolu(i) 8 sa 24 jintuża(w): l-Artikolu 9

    Attività kkonċernata: Sajd tat-tkarkir tan-nofs tal-par u/jew tal-qiegħ

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione Autonoma della Sardegna

    Assessorato dell’Agricoltura e della riforma agro-pastorale

    Via Pessagno 4

    09126 Cagliari CA

    ITALIA

    per il tramite dell’Agenzia regionale autonoma ARGEA Sardegna.

    Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.regione.sardegna.it

    (http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_22_20100802121355.pdf)

    Motivazzjoni:

    Rati differenzjali ta' modulazzjoni fil-konfront ta' riżorsi finanzjarji proposti fuq livell nazzjonali, bejn dawk ir-reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza u dawk mhux koperti minnu, skont id-Digriet tal-Ministeru għall-Politiki Agrikoli, l-Ikel u l-Forestrija (MIPAAF) tat-23 ta' Ġunju 2010 għall-implimentazzjoni tal-Miżura 1.2 “Waqfien temporanju” skont ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006.

    Għadu ma għaddiex it-tul ta' żmien massimu ta' tmien xhur, kif stipulat fl-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.


    Top