Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0415(04)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 117, 15.4.2011, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 117/13


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    2011/C 117/10

    Għajnuna Nru: SA.32175 (2010/XA)

    Stati Membri: Ċipru

    Reġjun: Ċipru

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Πρόγραμμα επιτήρησης της Σπογγώδους Εγκεφαλοπάθειας των Βοοειδών

    Bażi legali:

    1.

    Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2011 — Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης

    2.

    Ο περί της Εφαρμογής Κοινοτικών Κανονισμών στον Τομέα της Κτηνιατρικής Νόμος του 2004 [Ν 149(Ι)/2004] (implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 999/2001)

    3.

    Νόμος που προνοεί για την Υγεία των Ζώων [Ν 109(Ι)/2001]

    4.

    Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 323 και ημερομηνία 14 Οκτωβρίου 2010 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 3871 και ημερομηνία 15 Οκτωβρίου 2010 σ. 3430)

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 90 000.

    Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

    Data tal-implimentazzjoni: L-4 ta’ Jannar 2011

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-4 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011

    Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna hu biex jiġi implimentat programm ta’ monitoraġġ għall-enċefalopatija sponġiformi bovina tranżmissibli, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament (KE) Nru 999/2001). Il-marda hija inkluża fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/kEE (lista ta’ mard eliġibbli għall-kofinanzjament).

    Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE

    A10401 – Trobbija tal-baqar tal-ħalib

    A10402 – Trobbija ta’ bovini oħrajn u tal-bufli

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Veterinary Services Department of the Ministry of Agriculture, Natural Resources and Environment

    Athalassa

    1417 Nicosia

    CYPRUS

    Indirizz tal-Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/All/BFF2C6DA03EC932FC22577DF002C53F3/$file/bse%202011.pdf

    http://www.publicaid.gov.cy/PublicAid/PublicAid.nsf/All/EC39DA9C6ED3253AC22577C9002135B6/$file/ΑΠΟΦΑΣΗ%20323.pdf

    Informazzjoni oħra: Dan l-Anness qed jissostitwixxi l-Anness I mehmuż man-notifika tan-Notifika Interattiva tal-Għajnuna mill-Istat bin-numru temporanju 5298, li hu sostitwit minn din in-notifika.

    L-għan tal-għajnuna hu biex jiġi implimentat programm ta’ monitoraġġ għall-enċefalopatija sponġiformi bovina tranżmissibbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Regolament (KE) Nru 999/2001). Il-marda hija inkluża fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/kEE (lista ta’ mard eleġibbli għall-kofinanzjament).

    Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt din l-iskema huma l-bdiewa li jrabbu l-baqar fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta' Ċipru. B’mod speċifiku, il-programm ta’ monitoraġġ ser jinkludi l-eżamijiet tal-laboratorju tal-imħuħ tal-annimali bovini ta’ età definita li jinqatlu għall-konsum uman u tal-annimali bovini mejtin ta’ età definita mill-ażjendi agrikoli kollha li jrabbu l-baqar.

    Għajnuna Nru: SA.32177 (2010/XA)

    Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

    Reġjun: Provincie Utrecht (Utrecht)

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Projecten duurzame landbouw

    Bażi legali: Algemene subsidieverordening provincie Utrecht

    Uitvoeringsverordening subsidie inrichting landelijk gebied provincie Utrecht, artikel 4.2.4 Projecten duurzame landbouw

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 500 000

    Intensità massima tal-għajnuna: 90 % tal-ispejjeż eliġibbli

    Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Jannar 2011 jew wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif speċifikat fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: L-għoti ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

    Titjib tal-kwalità tal-ilma, il-ħamrija u l-arja billi tingħata informazzjoni u jsiru riklami dwar żviluppi agrikoli u ambjentali ġodda, u billi jingħataw konsulenza u appoġġ għall-ippjanar u l-organizzazzjoni ta' korsijiet, laqgħat informattivi u għaqdiet tal-istudju.

    Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Provincie Utrecht

    Postbus 80300

    3508 TH Utrecht

    NEDERLAND

    Indirizz tal-Internet: http://www.provincie-utrecht.nl/

    Informazzjoni oħra: —


    Top