EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/091/03

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni

ĠU C 91, 23.3.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/13


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni

2011/C 91/03

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Greċja

Muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jimmaniġġjaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li laħqu ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni ta' EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Ġreċja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: L-organizzazzjoni tal-Logħob Dinji tal-Olimpjadi Speċjali – Ateni 2011

Deskrizzjoni tad-disinn: Iċ-ċentru tal-munita fih l-emblema tal-Logħob, xemx tiddi, is-sors tal-ħajja li jenfasizza l-eċċellenza u l-qawwa tal-atleta li jieħu sehem fil-Logħob. L-eċċellenza hija deskritta b’fergħa taż-żebbuġ u l-qawwa fil-forma spirali fiċ-ċentru tax-xemx. Madwar ix-xbiha hemm miktuba l-marka XIII Special Olympics W.S.G. Athens 2011 kif ukoll il-pajjiż li qed joħroġ il-munita Ελληνικη Δημοκρατια. Bejniethom tidher il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Kwantità ta' muniti li se jinħarġu: 1 miljun munita

Data tal-ħruġ: tmiem it-tieni trimesteru 2011


(1)  Għall–uċuħ nazzjonali l-oħra tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, ara http://ec.europa.eu/economy_finance/euro/cash/coins/index_en.htm

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ekonomiku u tal-Affarijiet Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top