Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XG0303(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU C 68, 3.3.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

2011/C 68/01

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1970 (2011), li fil-paragrafi 15 u 17 tagħha tipprevedi miżuri restrittivi li japplikaw għall-persuni elenkati fl-Annessi I u II għal dik ir-Riżoluzzjoni.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 10 tal-UNSCR 1737 (2006), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex jerġgħu jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi għar-Riżoluzzjoni 1970 (2011) imsemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK u r-Regolament (UE) Nru 204/2011. Ir-raġunijiet għall-indikazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 204/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qiegħda wkoll tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2011.


Top