EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/041/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6147 – Rosneft Oil Company/BP/Ruhr Oel) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 41, 10.2.2011, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/72


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6147 – Rosneft Oil Company/BP/Ruhr Oel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 41/07

1.

Fit-3 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Rosneft Oil Company (“Rosneft”, ir-Russja), li tappartjeni lill-Istat Russu, u BP p.l.c. (“BP”, l-Ingilterra u Wales) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq negozji relatati ma' solventi industrijali u ma' servizzi ta’ utilità ta’ Ruhr Oel GmbH (“ROG's solvents and utilities services businesses”, il-Ġermanja) li attwalment hi kkontrollata minn BP u Petroleos de Venezuela Europa BV (“PDVE”, il-Pajjiżi l-Baxxi) li jappartjenu lil Petroleos de Venezuela SA (“PDVA”, il-Venezwela).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Rosneft: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ żejt u gass, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-pitrolju u ta' dawk petrokimiċi, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti fir-Russja u f'pajjiżi oħra,

għal BP: l-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ żejt u gass; l-irfinar, il-manufattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti taż-żejt u tal-petrokimiki u l-iżvilupp ta' energiji rinnovabbli,

għan-negozji ta' ROG, relatati ma' solventi industrijali u ma' servizzi ta’ utilità: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ solventi industrijali u l-forniment ta’ servizzi ta’ utilità u ta' servizzi industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6147 – Rosneft Oil Company/BP/Ruhr Oel, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top