Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0557

    Kawża T-557/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Diċembru 2010 — H. Eich vs UASI — Arav (H.Eich)

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/56


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — H. Eich vs UASI — Arav (H.Eich)

    (Kawża T-557/10)

    ()

    2011/C 30/98

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: H. Eich Srl (Signa, l-Italja) (rappreżentanti: D. Mainini, T. Rubin, A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli, G. Petrocchi, B. Passaretti, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arav Holding Srl (Palma Campania, l-Italja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Settembru 2010;

    tiddikjara l-validità tat-trade mark H. Eich imsemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6.256.242;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha sostnuti matul il-proċedimenti kollha, inklużi ż-żewġ istanzi quddiem l-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: H. Eich.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “H. Eich” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6.256.242), għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Arav Holding Srl.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “H-Silvian Heach” (trade mark Taljana Nru 976 125, u trade mark Nru 880 562, skont il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid, għall-Benelux, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Ġreċja, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Renju Unit u l-Iżvezja) għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Motivi invokati: applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ineżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni).


    Top