Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0381

    Kawża T-381/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Novembru 2010 — RWE Transgas vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Suq intern fil-gass naturali — Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE — Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta’ eżenzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà )

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/39


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — RWE Transgas vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-381/09) (1)

    (Rikors għal annullament - Suq intern fil-gass naturali - Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE - Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta’ eżenzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

    2011/C 30/72

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: RWE Transgas a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: inizjalment minn W. Deselaers, D. Seeliger u S. Einhaus, sussegwentement minn W. Deselaers, D. Seeliger, S. Einhaus u T. Weck, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, O. Beynet u B. Schima, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2009, indirizzata lill-Bundesnetzagentur (awtorità regolatorja Ġermaniża) abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    RWE Transgas a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


    Top