Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0526

    Kawża T-526/08 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Strack ( Appell — Appell inċidentali — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Ċaħda ta’ kandidatura — Ħatra f’pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Rikors għad-danni — Dannu morali )

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Strack

    (Kawża T-526/08 P) (1)

    (Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra f’pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni - Dannu morali)

    2011/C 30/64

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-punti 1, 2, 3, 5 u 6 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05), huma annullati.

    (2)

    Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.

    (3)

    Il-kawża hija rrinvijata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lil A. fil-kariga ta’ kap tad-diviżjoni “Sejħiet għal offerti u kuntratti” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura ta’ Guido Strack għal dan l-istess impjieg, it-talbiet għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit minn G. Strack, li jammonta għal EUR 2 000, kif ukoll l-ispejjeż.

    (4)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


    Top