Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0225

    Kawża C-225/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Cortona — l-Italja) — Edyta Joanna Jakubowska vs Allessandro Manneggia ( Regoli tal-Unjoni dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat — Direttiva 98/5/KE — Artikolu 8 — Prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-eżerċizzju fl-istess ħin tal-professjoni ta’ avukat u ta’ xogħol bħala uffiċjal part-time — Tħassir tar-reġistrazzjoni fil-lista tal-kamra tal-avukati )

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Cortona — l-Italja) — Edyta Joanna Jakubowska vs Allessandro Manneggia

    (Kawża C-225/09) (1)

    (Regoli tal-Unjoni dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat - Direttiva 98/5/KE - Artikolu 8 - Prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-eżerċizzju fl-istess ħin tal-professjoni ta’ avukat u ta’ xogħol bħala uffiċjal part-time - Tħassir tar-reġistrazzjoni fil-lista tal-kamra tal-avukati)

    2011/C 30/08

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Giudice di pace di Cortona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Edyta Joanna Jakubowska

    Konvenut: Allessandro Manneggia

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di pace di Cortona — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52), tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83), u tal-Artikoli 3, 4, 10, 81 u 98 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat huwa inkompatibbli max-xogħol part-time f’servizz pubbliku — Kanċellazzjoni mir-reġistru tal-avukati ta’ dawk l-avukati li ma jagħżlux bejn l-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom jew ix-xogħol part-time

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikoli 3(1)(ġ) KE, 4 KE, 10 KE, 81 KE u 98 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lill-uffiċjali pubbliċi impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol part-time li jeżerċitaw il-professjoni ta’ avukat, minkejja li jkunu abilitati li jeżerċitaw din il-professjoni, u li timponi t-tħassir tagħhom mil-lista tal-kamra tal-avukati.

    (2)

    L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa mixtieq li l-Istat Membru ospitanti jimponi, fuq l-avukati rreġistrati u impjegati fih — kemm jekk fuq bażi full-time jew part-time — ma’ avukat ieħor, ma’ assoċjazzjoni jew azjenda ta’ avukati, jew ma’ impriża pubblika jew privata, restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju fl-istess ħin tal-professjoni ta’ avukat u tal-impjieg imsemmi, sa kemm dawn ir-restrizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u jkunu japplikaw għall-avukati kollha rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru.


    (1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


    Top