This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0546
Case T-546/10: Action brought on 29 November 2010 — Nordmilch v OHIM — Lactimilk (MILRAM)
Kawża T-546/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Novembru 2010 — Nordmilch vs UASI — Lactimilk (MILRAM)
Kawża T-546/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Novembru 2010 — Nordmilch vs UASI — Lactimilk (MILRAM)
ĠU C 30, 29.1.2011, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/50 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Nordmilch vs UASI — Lactimilk (MILRAM)
(Kawża T-546/10)
()
2011/C 30/90
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nordmilch AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schneider, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lactimilk, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Settembru 2010 fil-Każijiet magħquda R 1041/2009-4 u R 1053/2009-4, sa fejn tirrifjuta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 002 851 384 għal ċerti prodotti fil-klassijiet 5 u 29; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MILRAM” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30, 32, 33 u 43.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lactimilk, SA.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “RAM”, għal prodotti fil-klassi 29, kif ukoll diversi trade marks verbali nazzjonali “RAM” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzalment miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħuda, sa fejn ġiet miċħuda l-oppożizzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti u reġistrazzjoni tal-prodotti inkwistjoni miċħuda.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni, fir-rigward ta’ trade mark opposta, li l-protezzjoni tagħha kienet skadiet meta ngħatat id-deċiżjoni tal-15 ta’ Settembru 2010.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)