Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0537

Kawża T-537/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2010 — Adamowski vs UASI — Fagumit (FAGUMIT)

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/46


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Adamowski vs UASI — Fagumit (FAGUMIT)

(Kawża T-537/10)

()

2011/C 30/84

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ursula Adamowski (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o. (Wolbrom, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 1002/2009-1;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3 005 980;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell u għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “FAGUMIT”, għal prodotti fil-klassijiet 12 u 17.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “FAGUMIT”, għal prodotti fil-klassi 17.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark iddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(c), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(4), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell naqset milli tipproduċi provi legalment validi li juru li s-sinjal kummerċjali “FAGUMIT” huwa effettivament użat; ksur tal-Artikolu 53(1)(b), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell effettivament iddikjarat li kienet qiegħda taqbel ma’ reġistrazzjoni tad-dritt ta’ trade mark għas-sinjal “FAGUMIT”, kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn fil-mument rilevanti tal-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata ebda aġir in mala fide ma seta’ jiġi imputat lir-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top