Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62010TN0527

Kawża T-527/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Novembru 2010 — Google vs UASI — Giersch Ventures (GMail)

ĠU C 30, 29.1.2011., 41./42. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/41


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2010 — Google vs UASI — Giersch Ventures (GMail)

(Kawża T-527/10)

()

2011/C 30/75

Lingwa tar-rikors: l -Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Google, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giersch Ventures LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 342/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Il-marka figurattiva “GMail”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 — Applikazzjoni għat-Trade Mark Komunitarja Nru 5685136

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-Reġistrazzjoni Ġermaniza Nru 30666860 tat-trade mark verbali “G-mail”, irreġistrata għal, fost oħrajn, prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38, 39 u 42; Ir-Reġistrazzjoni Ġermaniza Nru 30025697 tat-trade mark figurativa “G-mail … und die Post geht richtig ab”, għal servizzi fil-klassijiet 38, 39 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja (i) fil-paragun viżiv bejn it-trade mark ikkontestata u t-trade mark preċedenti opposta, (ii) fil-fatt illi ma kkunsidrax il-perċezzjoni taċ-ċrieki tal-konsumaturi kkonċernati, (iii) fl-assunzjoni illi l-elementi verbali ta’ trade marks komposti dejjem jiġbdu iktar attenzjoni mill-elementi viżivi, u ma segwiex il-ġurisprudenza fuq dan il-punt, (iv) fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark verbali preċedenti, kollha kemm hi, ma kellix titqies li hija intrinsikament dgħajfa, u (v) fil-konklużjoni tiegħu li l-argumenti tar-rikorrent fir-rigward tas-sinjifikat tal-paragun viżiv ma’ dak fonetiku tat-trade marks kien inkonklużiv.


Augša