EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0238

Kawża T-238/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Valbonne ( Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ riċerka u ta’ taħriġ li jirrigwarda proġett ta’ tagħlim reċiproku bejn il-komun ta’ Valbonne (Franza) u l-provinċja ta’ Ascoli Piceno (l-Italja) — Talba għar-rimbors tas- somom imħallsa bil-quddiem )

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Valbonne

(Kawża T-238/08) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ riċerka u ta’ taħriġ li jirrigwarda proġett ta’ tagħlim reċiproku bejn il-komun ta’ Valbonne (Franza) u l-provinċja ta’ Ascoli Piceno (l-Italja) - Talba għar-rimbors tas- somom imħallsa bil-quddiem)

2011/C 30/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Escobar Guerrero, sussegwentement minn F. Dintilhac u A. Sauka, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avukat)

Konvenut: Commune de Valbonne (Franza) (rappreżentant: B. Rapp-Jung, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE intiż sabiex il-komun ta’ Valbonne jiġi kkundannat għar-rimbors ta’ ħlasijiet bil-quddiem imħallsa mill-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi minħabba dewmien, fil-kuntest tal-kuntratt Valaspi MM 1027, tad-29 ta’ Diċembru 1997.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


Top